Saturday, December 21, 2024

“Missieri ħareġ mill-ITU u qed jirkupra tajjeb”… Reginald Cini jaqleb għall-aħjar

Aqra wkoll

“Fl-aħħar għandna aħbar tajba. Wara 28 jum ta’ inkwiet kontinwu, inċempel kuljum, imwaqqfa mill nidħol ħdejh u vvjaġġajt lejn Sqallija biex niġbor xi informazzjoni fuq missieri, huwa ħareġ mill-ITU u qed jirkupra tajjeb.”

Hekk kitbet  Jade Cini, it-tifla tal-eks goalkeeper internazzjonali Malti Reginald “Reggie” Cini.

Hija rringrazzjat lil kull min għen fi kwalunkwe mod possibbli. “Żommuh fit-talb tagħkom bħalma se nagħmel jien biex jirkupra malajr u jerġa’ lura qrib il-familja li tant tħobbu.”

Intant, f’messaġġ li ppubblika fuq il-paġna tal-midja soċjal tiegħu, Reggie qal li kellu ċans ta’ 5% biss li jibqa’ ħaj u rringrazzja lil kull min talab għalih.

Huwa jinsab għall-kura fi Sptar ġewwa Sqallija wara li sofra minn problemi respiratorji.

Ekonomija

Sport