Tuesday, July 29, 2025

“Missieri ma weġġgħax, għalkemm huwa taħt xokk”

Id-Deputat Nazzjonalista Darren Carabott

Aqra wkoll

Id-Deputat Nazzjonalista Darren Carabott f’messaġġ li kiteb fuq il-midja soċjali qal li missieru kien dak ir-raġel li lbieraħ spiċċa bil-karozza tinħaraqlu waqt li kien qiegħed isuq f’Ħ’Attard.

“F’isem familti, nixtieq nirringrazzja lill-uffiċjali u persuni kollha li taw l-għajnuna lill-missieri Missieri ma weġġgħax, għalkemm huwa taħt xokk. Grazzi speċjali tmur lill-persuna li nduna u waqaf jgħidlu li l-karozza ħadet in-nar – bis-saħħa tiegħek missieri ħareġ mill-karozza fil-ħin.”

Carabott kompla jikteb “u grazzi kbira tmur għall-intervent lill-uffiċjali tal- Civil Protection Malta, The Malta Police Force, lis-servizz tal-emerġenza għall-kura u kif ukoll lill-ħaddiema tal-Clean Malta – Cleansing and Maintenance Division.”

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport