Sunday, December 22, 2024

“Missieri tilef 95% tal-funzjoni tal-moħħ” – bint Dr Calvagna

Aqra wkoll

Bint Dr Victor Calvagna qalet li missierha tilef 95% tal-funzjoni tal-moħħ.

Permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali, hija spjegat il-kundizzjoni ta’ missierha fejn qalet li t-tobba ġibdulhom l-attenzjoni li Dr Calvagna mhux ‘brain dead’ iżda għandu ‘brain damage’.

Hija qalet li qed tikkjarfika dwar il-kundizzjoni ta’ missierha b’mod speċjali għax hu nnifsu kellu xi ħaġa li kienet iddejqu u din hija l-misinformazzjoni.

Hija żiedet tgħid li personalment sellmet lil missierha għax għaliha huwa kien ifisser kollox u aktar minn 5% attività funzjonali tal-moħħ. Iżda minkejja li tilfu t-tama, xorta waħda qalet li temmen fit-talb.

Għalhekk, hija appellat biex kulħadd iżomm lil missierha fit-talb tiegħu, jekk għall-ebda raġuni oħra, biex ikun ħieles mit-tbatija.

Temmet tgħid li jiġri x’jiġri, missierha, li bħalissa jinsab mimdud f’sodda ġewwa l-Isptar, se jibqa’ għal dejjem mhux biss missier, ziju, kollega, atleta, professjonist u ħabib iżda fuq kollox l-eroj tagħhom.

“Għada hija sena ġdida. Iddeċidejt li għal dejjem inżomm il-memorja ta’ missieri ħajja bil-mod kif ngħix il-ħajja minn issa ‘l quddiem. Nispera li intom ilkoll tagħmlu hekk ukoll. Kien iħobb bla qies.”

Ekonomija

Sport