Patri Malti li kien qed jagħmel xogħol ta’ missjoni fil-Perù miet bil-Covid-19. Patri Valerjan Mercieca kien ilu snin twal jgħix fil-Perù, bl-Ordni tal-Karmelitani tgħid li Patri Mercieca miet ilbieraħ wara li marad bil-virus qattiel.
F’kumment fuq il-midja soċjali l-Ordni fakkret lil Patri Mercieca għax-xogħol bla heda li kien jagħmel.
Patri Valerjan li kellu 82 sena, qatta’ ħajtu kollha jaħdem fil-missjoni fl-Amerika Latina.