Friday, November 15, 2024

“Missni għidt li huwa dnub bħalma huwa dnub kull att sesswali barra ż-żwieġ”

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Papa Franġisku wara li ħareġ jgħid li l-omosesswalità hija dnub iffaċċja kritika mill-komunità internazzjonali LGBTQ u din il-pressjoni waslitu biex ftit ġranet wara jikkjarifika kliemu. 

Il-Pontefiċe Arġentin qal li l-omosesswalità mhiex att kriminali iżda dnub. Imbagħad huwa qal li, “meta għidt li hija dnub kont qiegħed sempliċiment nirreferi għat-tagħlim morali tal-Knisja Kattolika li tgħid li kull att sesswali barra ż-żwieġ huwa dnub”. Biex aktar jiġġustifika kliemu l-Papa qal li kull tagħlim huwa suġġett għal konsiderazzjoni taċ-ċirkostanzi li “jistgħu jnaqqsu jew jeliminaw it-tort”.

Papa Franġisku ammetta li seta’ kien aktar ċar fi kliemu fl-intervista li kellu mal-AP iżda qal li kien qiegħed jitkellem b’mod liberu f’konversazzjoni u ma ntalabx jikkjarifika jew jidħol f’aktar dettal fir-rigward. 

Kjarifika bil-miktub

Fil-kjarifika bil-miktub li ta, is-Santità Tiegħu kiteb, “kif tistgħu taraw, kont qiegħed nirrepeti xi ħaġa b’mod ġenerali. Missni għidt li huwa dnub bħalma huwa dnub kull att sesswali barra ż-żwieġ”. Żied li, “dan biex nitkellmu dwar il-kwistjoni tad-“dnub”. Kulħadd jaf imma li l-moralità Kattolika mhux biss tieħu konsiderazzjoni tal-kwistjoni imma tevalwa wkoll il-libertà u l-intenzoni ta’ kull tip ta’ dnub”.

Madwar 67 pajjiżi jew ġuridizzjonijiet madwar id-dinja kriminalizzaw attivitajiet sesswali bejn persuni tal-istess sess, 11 minnhom jistgħu u jimponu s-sentenza tal-mewt. Din l-informazzjoni ħarġet mill-Human Dignity Trust li taħdem qatigħ biex tneħħi tali liġijiet. 

Esperti jgħidu li anke meta l-liġijiet ma jkunux infurzati, dawn jikkontribwixxu għal fastidji, stigma u vjolenza kontra persuni LGBTQ.

Ekonomija

Sport