Illum, għall-ħabta tal-10:30 a.m., il-Pulizija ser tressaq raġel il-Qorti, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Noel Bartolo.
Ir-raġel ser jitressaq b’rabta ma’ attentat ta’ ħruq ta’ dgħajsa. Fid-29 ta’ Lulju 2022, għall-ħabta tas-1:00 a.m il-Pulizija flimkien mal-membri tad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, intalbu jassistu x-Xatt ta’ Tas-Sliema peress li persuni fiż-żona kienu raw xi persuni jwaddbu oġġett jaqbad fuq dgħajsa li kienet sorġuta mal-moll.
Investigazzjonijiet intensivi mill-Arsons Unit fi ħdan id-Dipartiment tar-Reati Maġġuri u dawk tad-Distrett ta’ Tas-Sliema wasslu għall-arrest ta’ żewġt irġiel u mara b’rabta ma’ attentat ta’ ħruq ta’ dgħajsa.