Tuesday, May 14, 2024

Mistenni jitressaq il-Qorti b’rabta ma’ omiċidju fil-Marsa

Aqra wkoll

Illum, għall-ħabta tal-4:00 p.m., il-Pulizija ser tressaq raġel il-Qorti, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Claire Stafrace Zammit.

Sudaniż ta’ 28 sena ser jitressaq fuq omiċidju wara li lbieraħ inqala argument bejn żewġ persuni. Huwa ġie arrestat ftit tal-mumenti biss wara fi triq viċin, fejn fil-pussess tiegħu nstabet ukoll sikkina, li allegatament intużat fid-delitt.

Il-vittma, li għadu ma ġiex identifikat, ingħata l-għajnuna minn tim mediku fuq il-post, fejn instab li kellu erba’ daqqiet ta’ arma f’sidru u dahru. Wara ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza, iżda sfortunatament ġie ċċertifikat mejjet ftit tal-ħin wara.

Sport