Sunday, December 22, 2024

Mistenni jitressaq il-Qorti wara li tajjar kuntistabbli tal-Pulizija fil-Marsa

Aqra wkoll

Illum, għall-ħabta ta’ 12:00 p.m., il-Pulizija ser tressaq diversi persuni l-Qorti, quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Lara Lanfranco. 

Fosthom ser jitressaq Keith Cremona, raġel ta’ 34 sena residenti l-Belt Valletta, li kien imfittex mill-Pulizija b’rabta ma’ investigazzjonijiet ta’ reati kriminali, u li ġie arrestat ilbieraħ filgħodu wara li l-Pulizija segwewh f’diversi toroq sakemm waqqfuh f’Raħal Ġdid.

Il-Pulizija mid-Dipartiment tar-Reati Maġġuri kienu Ħal Qormi, meta lbieraħ lemħu lir-raġel isuq vettura Hyundai Lantra. Kif ir-raġel induna bil-preżenza tagħhom huwa beda jsuq f’diversi toroq b’manjiera perikoluża u b’veloċità qawwija fid-direzzjoni lejn il-Marsa sabiex jaħrab mill-Pulizija, b’periklu kbir għall-persuni l-oħra.

Fl-inħawi ta’ Triq tat-Tromba fil-Marsa, fl-attentat li jaħrab, ir-raġel tajjar sewwieq ta’ mutur, li aktar tard irriżulta li huwa Kuntistabbli tal-Pulizija ta’ 25 sena, u baqa’ sejjer. Segwit mill-Pulizija tad-Dipartiment tar-Reati Maġġuri u minn tar-Rapid Intervention Unit, sabiex jieqaf, ġew sparati xi tiri ta’ twissija mill-Pulizija iżda huwa baqa’ jsuq lejn Raħal Ġdid u kif wasal fi Vjal Sir Paul Boffa, il-Pulizija reġgħu sparaw xi tiri lejn ir-rota tal-karozza, fejn kien hawn li twaqqaf u ġie arrestat.

Ekonomija

Sport