Sunday, December 22, 2024

Mistenni li jerġa’ jinqata’ d-dawl f’Santa Venera u Birkirkara

Aqra wkoll

It-tim tekniku ta’ Enemalta wasal fil-fażi li jiffinalizza x-xogħol li nbeda lbieraħ filgħaxija fejn bħalissa għaddej ittestjar fuq ix-xogħol li tlesta s’issa wara li lbieraħ filgħaxija bosta nies spiċċaw bla dawl għal sigħat twal minħabba li kien hemm xi ħsarat fil-cables ta’ taħt l-art fl-inħawi ta’ Santa Venera u Birkirkara. Dan ħabbritu ftit tal-ħin ilu l-kumpanija Enemalta plc.

Il-kumpanija spjegat li fil-ħin li ġej jista’ jerġa’ jkun hemm xi qtugħ fil-provvista tal-elettriku sakemm jitlestew il-konnessjonijiet tal-cables li qed jiġu rranġati.

Enemalta kompliet tispjega li lbieraħ għalkemm ġie użat sors alternattiv tal-provvista tad-dawl, ġie mifhum li anka s-sors alternattiv ġarrab il-ħsara. Intant komplew isiru x-xogħlijiet tat-tħaffir matul il-lejl sabiex jitlestew it-tiswijiet meħtieġa. 

Il-kumpanija skużat ruħha mal-pubbliku dwar din l-inkonvenjenza u assigurat lill-pubbliku li l-ħaddiema qed jagħmlu dak kollu li hu possibbli biex din il-problema tiġi solvuta kemm jista’ jkun malajr. 

Ekonomija

Sport