Wednesday, April 24, 2024

Mistenni li jinkiser rokord fil-logħob tan-nar f’Santa Marija f’Għawdex

Aqra wkoll

Il-festa ta’ Santa Marija f’Għawdex tiġbed eluf ta’ persuni u fost l-oħrajn ħafna jammiraw il-wirja unika li joffru l-Vampa Organisations fejn jidħol in-nar.

Din is-sena se tkun waħda speċjali hekk kif mistenni li jinkiser rekord f’dak li jikkonsisti f’ammont ta’ beraq maħruqin baħal refgħa.

Godron Grech, wieħed mill-organizzaturi u mħuħ wara l-wirja spettakolari tan-nar qal lil dan is-sit li din is-sena fl-okażżjoni tal-160 sena tas-Soċjetà Filarmonika Leone, l-għaqda li tieħu ħsieb l-arti piroteknika għal festa ta’ Santa Marija fir-Rabat Għawdex fasslet programm vast ħafna.

“Din is-sena nhar il-15 ta’ Awwissu se jkun hemm diversi murtali kemm tal-beraq bil-logħob u xketti, kif ukoll ammont ta’ murtali tal-kulur. Diversi blalen ta diversi daqsijiet jghalqu il- festa ta’ Santa Marija,” qal Grech.

Il-murtali biex jinkiser ir-rekord se jkunu qegħdin jinħarqu eżatt wara l-kaxxa tal-ħruġ tal-purċissjoni għall-ħabta tas-7.30pm.

Imbgħad mad-dħul wieħed ikun jista’ jsegwi spettaklu ieħor ta’ nar li jafu joffru ta’ Santa Marija tar-Rabat Għawdex.

Din is-sena se jkun hemm 9 kmamar tan-nar minn Malta u waħda minn Għawdex kollox jaħarqu n-nar f’Jum Santa Marija.

Sport