Tuesday, April 7, 2026

Mistenni rekord ta’ atleti fis-7 edikzzjoni tal-Mqabba 5K Run b’risq ALS Malta+

Aqra wkoll

Fis-seba’ edizzjoni tal-Mqabba 5K Run b’risq ALS Malta+ mistenni rekord ta’ atleti. Aktar minn hekk din l-edizzjoni terġa’ tikkonferma l-impenn favur komunità aktar inklussiva.

It-7 edizzjoni tal-Mqabba 5K Run b’risq ALS Malta+ se terġa’ tittella’ mill-Għaqda Soċjetà Mużikali Madonna tal-Ġilju, bil-għan li mhux biss tippromwovi stil ta’ ħajja attiv, iżda wkoll tkompli ssaħħaħ il-valuri ta’ solidarjetà u inklużività.

Din l-attività annwali tinkludi ġirja ta’ 5 kilometri, kif ukoll rotta ta’ 1 kilometru ddedikata esklussivament għal persuni li jużaw siġġijiet tar-roti u persuni b’diżabilità. Din l-inizjattiva tkompli tagħti spazju lil kulħadd biex jipparteċipa b’mod attiv, irrispettivament mill-abbiltajiet tagħhom.

L-għan ewlieni ta’ din il-ġirja hu li jinġabru fondi b’risq ALS Malta+, sabiex ikunu jistgħu jkomplu joffru servizzi essenzjali bħal terapiji u respite lill-persuni milquta minn din il-kundizzjoni. 

Is-sena l-oħra ħadu sehem ’l fuq minn 700 atleta li ħadu sehem. Din is-sena t-target huwa li nilħqu d-900 atleta.

Biex titella din l-attivita, inghatat assistenza finanzjarja mill-Ministeru ghall-Inklużjoni u l-Volontarjat, liem ghajnuna tkopri spejjeż relatati mad-distribuzzjoni tal-medalji lill-parteċipanti. 

Waqt it-tħabbira ta’ din l-attivita, il-Ministru ghall-Inklużjoni u l-Volontarjat Julia Farrugia spjegat kif “huwa ta’ sodisfazzjon kbir li naraw inizjattivi bħal dawn li mhux biss iħeġġu stil ta’ ħajja b’saħħtu, iżda fuq kollox jippromwovu l-inklużjoni. Dan l-avveniment hu eżempju ċar ta’ kif komunità tista’ tingħaqad biex tappoġġja lil dawk l-aktar fil-bżonn, filwaqt li niżguraw li ħadd ma jibqa’ lura,” temmet tgħid il-Ministru.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport