Matul din il-ġimgħa mistenni riħ qawwi ħafna fuq il-gżejjer Maltin u dan kollu jibda min-nhar l-Erbgħa li ħej.
Fil-fatt nhar l-Erbgħa li ġej it-temp se jkun ftit imsaħħab li jissaħħab ħafna wara nofsinhar. Ir-riħ se jkun Forza 4 mill-Punent Majjistru li jitla’ forza 5 mill-Majjistral.
Il-Ħamis, filwaqt li hemm possibilità ta’ xi xita, ir-riħ se jkompli jżid u jitla’ għal forza 6 mill-Majjistral fejn hu mistennija buffuri forza 7.
Il-Ġimgħa imbagħad ir-riħ inaqqas xi ftit, iżda s-Sibt is-sitwazzjoni terġa’ lura għar-riħ b’aktar forza. It-temperatura mistennija li tinżel ukoll u l-ammont ta’ xita nhar is-Sibt hu wieħed f’ammonti żgħar.
Il-Ħadd, ir-riħ inaqqas xi ftit, però xorta jibqa’ forza 5 b’buffuri forza 6.



