Għall-ħabta tas-1:00 p.m., żewġ ġuvintur ta’ 16-il sena mistennija jitressqu l-Qorti b’rabta ma’ każ li seħħ is-Sibt li għadda fil-Belt Valletta.
Huma ġew arrestati lbieraħ wara li saru investigazzjonijiet intensivi mill-Pulizija.
Fl-imsemmi każ, żagħżugħ weġġa’ gravi wara li tard is-Sibt filgħaxija kien involut f’argument fi Triq il-Merkanti.
Minn stħarriġ illi sar irriżulta li grupp ta’ żgħażagħ kienu involuti f’argument u li allegatament kien hemm erba’ minuri li sfaw aggrediti minn aggressuri li ħarbu minn fuq il-post sakemm waslu l-Pulizija.