Saturday, September 14, 2024

Mistennija jitħabbru aktar minn 10 każi ġodda ta’ coronavirus f’dawn l-aħħar sigħat

Aqra wkoll

Inewsmalta tinsab informata li mit-testijiet lisaru matul l-aħħar sigħat mill-aworitajiet tas-saħħa, ġew ikkonfermati aktar minn għaxar każi ġodda pożittivi għall-Covid-19.

L-aħħar darba li kienu reġistrati aktar minn 10 każi ġodda f’jum wieħed kien nhar il-21 ta’ April li għadda, meta dakinhar kienu tħabbru 12-il każ ġdid.

Intant s’issa 508 persuni ġew infettati bil-coronavirus, b’436 minnhom jirkupraw mill-virus. Dan ifisser li s’issa, mingħajr il-każi tal-lum, hemm 66 każ attiv.

Il-coronavirus f’pajjiżna s’issa ħalla sitt vittmi, bil-mewt tal-Professur Aaron Casha titħabbar ilbieraħ.

Ekonomija

Sport