Friday, May 3, 2024

Mistennija jitressqu l-Qorti d-disa’ persuni arrestati b’rabta ma’ traffikar ta’ droga

... Il-Pulizija b'sejba ta' 15-il kilo droga kokaina b'valur ta' €2 miljuni

Aqra wkoll

Disa’ persuni se jkunu qed jitressqu l-Qorti, aktar tard illum, għall-ħabta tas-1:00p.m., b’rabta ma’ sejba ta’ 15-il kilo sustanza suspettata droga kokaina, b’valur ta’ xejn inqas minn €2 miljun f’garaxx f’San Pawl il-Baħar.

Id-disa’ persuni, allegatament involuti fit-traffikar ta’ droga, ġew arrestati f’żewġ operazzjonijiet li saru mill-Pulizija matul il-jum tat-Tlieta

Minn investigazzjoni illi saret mill-Pulizja f’garaxx f’San Pawl il-Baħar, irriżulta li nstabu 15-il kilo sustanza suspettata droga kokaina, b’valur ta’ xejn inqas minn €2 miljuni.

B’rabta ma’ dan il-każ, il-Pulizija għamlet ukoll tfittxija f’residenza fil-Gżira. Minn dawn iż-żewġ postijiet, ġew arrestati żewġ Maltin u erba’ Taljani.

Fl-operazzjoni l-oħra, fil-Ħamrun u Ħal Qormi, ġew arrestati tliet Maltin. Fi tfittxija li saret, filpussess tagħhom, instabet ammont ta’ kokina u eroina.

Il-każ se jinstema’ quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Nadine Lia.

1 kumment

Comments are closed.

Sport