Wednesday, December 25, 2024

Mistennija jitressqu l-Qorti l-persuni li abbandunaw kelba kważi għamja ta’ 14-il sena

Aqra wkoll

Kelba li kienet qiegħda tkun maħsuba li hija mitlufa rriżulta li kienet qiegħda tispiċċa abbandunata mill-familja tagħha ripetutament. 

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet il-kelba kienet qiegħda tiġi nnutata f’diversi lokalitajiet minn Ħal Kirkop, għal Pembroke u anke Wied il-Għajn. Il-kelba li hija ċċippjata rċeviet l-assistenza tad-Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali u wara li rriżulta li s-sidien kienu kull darba qegħdin jabbandunawha f’postijiet differenti, rrifjutaw li din tirritorna lilhom.

Il-kelba ma tantx tara minħabba problemi f’għajnejha u wara l-aġir tal-familja tagħha li ddikjaraw li l-kelba għandha madwar 14-il sena, id-Direttorat tal-Ħarsien tal-Annimali wiegħed l-Assoċjazzjoni tal-Annimali Abbandunati (AAA) li l-persuni responsabbli se jkunu qegħdin jitressqu l-qorti minħabba l-imġiba tagħhom.

Intant l-AAA fi stqarrija maħruġa minnha qalet li filwaqt li se tgħin kemm tiflaħ lil din il-kelba hija kontinwament bżonn l-għajnuna tal-pubbliku. 

Kull min jixtieq jgħin jista’ jagħmel dan minn fuq

Paypal: [email protected]

jew

Jibagħat SMS fuq:

50617350 €2.33 
50618060 €4.66
50618910 €6.99 
50619200 €11.66 

BOV Mobile: 79730921

Ekonomija

Sport