Iż-żewġ persuni li ġew arrestati wara li allegatament kellhom fil-pussess tagħhom 25 kilo kokaina mistennija jitressqu l-Qorti llum quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr Nadine Lia.
Raġel ta’ 24 sena mill-Moldova u tfajla ta’ 18-il sena mir-Russja ġew arrestati mill-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga mal-wasla tagħha f’Malta minn Sqallija. Dan wara li allegatament ippruvaw idaħħlu sustanza bajda biex jittraffikawha f’pajjiżna.
Minn tfittxija li saret fil-karozza taż-żewġ individwi rriżulta li fit-tank tal-petrol instabet is-sustanza li kienet imqassma f’25 pakkett.