Sunday, November 24, 2024

Mistennija tgħaddi t-tieni asteroid viċin tal-pjaneta tagħna f’temp t’inqas minn 24 siegħa

Aqra wkoll

Bejn illum u għada, żewġ asteroids — waħda b’tul ta’ madwar 6 metri u l-oħra ta’ 7 metri — mistennija jgħaddu viċin ħafna tal-pjaneta tagħna.

Iż-żewġ asteroids se jkunu viċin id-dinja iktar milli jkun il-qamar, però xorta waħda se jkunu bosta mili ‘l bogħod mill-pjaneta tagħna. Għaldaqstant, dan ifisser li waqt li jkunu għaddejjin minn ħdejna m’għandhomx jikkawżaw periklu. 

Dan hekk kif l-ewwel asteroid (‘2022 NE’) li kellha tgħaddi llum għall-ħabta tal-10:55 a.m. kienet antiċipata li żżomm distanza ta’ madwar 84,500 mil ’il bogħod mill-pjaneta tagħna, filwaqt li l-asteroid l-oħra li mistennija tgħaddi għada (‘2022 NF’), għall-ħabta tas-2:00 p.m, għandha żżomm distanza ta’ madwar 55,500 mil.

Għal dawk li jinteressahom l-ispazju, jistgħu jsegwu l-asteroids permezz ta’ xandira diretta fuq din il-ħolqa: https://www.virtualtelescope.eu/2022/07/05/near-earth-asteroid-2022-nf-extremely-close-encounter-online-observation-6july-2022/. 

Sport