Bil-għan li joffri aktar għajnuna lill-vittmi ta’ vjolenza l-Gvern, barra s-servizz offrut mill-Aġenzija Support, se jikkumplimenta linja ewlenija Ewropea ta’ sapport speċifikament għall-vittmi ta-kriminalità mwaqqfa mill-Victim Support Agency.
Dan is-servizz bla ħlas se jkun aċċessibbli fuq in-numru tat-telefon: 116 006.
Dan tħabbar mill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza, Byron Camilleri fejn spjega li bil-għan li l-pubbliku jkun jista’ jinqeda aħjar, din il-linja se topera fuq l-istess pjattaforma tal-179. It-talbiet tal-assistenza u sapport se jkunu kkordinati aħjar permezz tal-kollaborazzjoni bejn il-professjonisti mħarrġa miż-żewġ entitajiet.
Huwa qal li barra li dan is-servizz se jkun offrut b’xejn u jingħata b’mod kunfidenzjali, “dan se jinkludi informazzjoni ġenerali ta’ sapport, kif ukoll riferti għal aktar informazzjoni dettaljata, sapport emozzjonali, gwida legali u servizzi oħra li l-Aġenzija għall-Vittmi tal-Kriminalità toffri minn żmien għal żmien”.