Saturday, November 23, 2024

Mit-18 ta’ Ġunju l-qraba jistgħu jibdew iżuru lill-anzjani fir-residenzi għall-anzjani

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

B’konsultazzjoni mal-Awtorità tas-Saħħa Pubblika, l-Awtorità ta’ Standards ta’ Ħarsien Soċjali ħarġet ċirkolari ġdida lir-residenzi kollha tal-anzjani.

F’din iċ-ċirkolari, l-Awtorità elenkat pjan dettaljat b’miżuri ta’ prekawzjoni li għandhom jittieħdu sabiex b’hekk mit-18 ta’ Ġunju l-qraba jkunu jistgħu jżuru lill-anzjani li jinsabu fir-residenzi mingħajr l-użu ta’ barrieri tal-ħġieġ jew tal-perspex u mill-1 ta’ Lulju jingħata l-permess lil dawk il-persuni anzjani li jitolbu biex joħorġu mir-residenzi sabiex ikunu jistgħu jagħmlu dan.

S’issa din iċ-ċirkolari ma tapplikax għar-residenza ta’ San Vinċenż, iżda tapplika biss għar-residenzi għall-anzjani tal-Gvern, tal-Knisja u tal-Privat.

Sport