Tuesday, December 24, 2024

Mit-Tlieta l-POU żżid l-azzjonijiet industrijali

Aqra wkoll

Il-Police Officers Union esprimiet id-diżappunt tagħha għar-reazzjoni kajmana tal-amministrazzjoni tal-korp tal-pulizija. 

Fi stqarrija maħruġa qalet li wara li bħala union bdew l-azzjonijiet industriji l-ġimgħa l-oħra qegħdin jinfurmaw lill-membri tagħhom li minn nhar it-Tlieta 28 ta’ Settembru 2021 se jkunu qegħdin iżidu dawn l-azzjonijiet. 

Għalhekk huma qegħdin jinfurmaw lill-membri kollha sabiex ma jilbsux il-lenyard mal-uniformi. Mhux biss, dawk il-membri stazzjonati ġewwa l-uffiċini distrettwali kif ukoll dawk li jaħdmu d-depot tal-pulizija, ma għandhomx jaqdu nies wara nofsinhar. Intant il-POU qiegħda tfakkar lill-membri tagħha li l-miżuri l-oħra fejn il-membri ma jqaxxrux il-leħja kif ukoll li ma tintlibisx il-beritta għadhom fis-seħħ.

Il-POU temmet tavża lill-membri kif ukoll lill-pubbliku inġenerali li bħala union dawn it-tip ta’ direttivi huma l-unika mod kif jitgħu jsemmgħu leħinhom. Fakkru wkoll li għalkemm ilhom snin li bid-dritt tal-union, sal-ġurnata tal-lum huma għadhom mingħajr dritt li jagħmlu strike bħal unions oħra.

Ekonomija

Sport