Saturday, November 16, 2024

Mitluba l-koperazzjoni tas-sewwieqa… xogħlijiet t’asfalt mill-ġdid minħabba nuqqas ta’ kwalità

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fi stqarrija maħruġa, Infrustructure Malta nnutat li ordnat lill-kuntratturi ta’ xogħlijiet li għadhom kif saru fuq il-flyover tal-Marsa-Ħamrun Bypass u fi Vjal il-Blue Grotto, iż-Żurrieq biex jagħmlu mill-ġdid, a spejjeż tagħhom, xogħlijiet t’asfalt li, wara li saru t-testijiet ta’ kwalità, instab li ma laħqux l-istandards tar-regolarità ta’ wiċċ it-triq meħtieġa.

Ix-xogħlijiet ser isiru mill-ġdid illejla u nhar it-Tnejn li ġej filgħaxija (17 u 21 ta’ Diċembru 2020), kif ġej: 

ILLEJLA, fil-Marsa-Ħamrun Bypass: Il-korsiji tan-nofsinhar ta’ fuq il-flyover ta’ din it-triq se jkunu magħluqin mis-7:00 p.m sal-5:00 a.m t’għada. 

Segwi t-tabelli lejn in-niżla għar-roundabout ta’ taħt il-flyover u lura lejn l-istess Bypass mit-telgħa fl-istess direzzjoni. 

IT-TNEJN, Vjal il-Blue Grotto: Parti minn din it-triq bejn iż-Żurrieq u l-Qrendi se tkun magħluqa miż-żewġ naħat, mis-7:00 p.m sal-5:00 a.m tal-għada. 

 Segwi t-tabelli għal toroq oħra viċin. 

Ekonomija

Sport