Il-Federazzjoni Ewropea tat-Table Tennis għażlet liIl-klabb Malti ta’ MITTC sabiex jospita grupp D tal-Europe Trophy.
Din hija l-ewwel darba fl-istorja tat-table tennis Malti li klabb lokali ser ikun qed jospita il-fażi tal-gruppi f’pajjiżna.
TEAM MITTC ser inkun qed jilgħab kontra timijiet kbar fl-Ewropa b’uħud mill-plejers li diġa’ kisbu l-kwalifikazzjoni għal-Logħob Olimpiku li se jsir f’Pariġi matul is-sena d-dieħla.
Team MITTC ġew seeded u fil-grupp se jkun qed jaffaċċja l-qawwa ta’ Panathinaikos tal-Greċja, ASD Marcozzi, Club ASD Tennis Tavolo Sassari u ASD TT Santa Tecla Nuvi tal-Italja, Table Tennis Club Zeleznicar u Radnicki 1972 Beoncin tas-Serbja u HITT Academy Tibhar ta’ Malta.
TEAM MITTC hu magħmul minn Umberto Borg Cardona, Daniel Bajada, James Vella Vidal u Neil Incorvaja taħt il-gwida tal-coaches Johanna Grech u Viktoria Luchenkova li riċentement kiseb l-ewwel punti fir-ranking tal-Federazzjoni Ewropea tat-Table Tennis wara li kkwalifika u lagħab fit-Tazza Ewropea riċentement.