Wednesday, October 9, 2024

Mixegħla tax-xemgħat f’kull lokalità f’Għawdex

Aqra wkoll

Peress li nhar l-Erbgħa 1 ta’ Novembru, il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta’ Jum il-Qaddisin kollha, għalhekk il-Ħadd li għadda fil-pjazza ta’ kull lokalità t’Għawdex ġiet organizzata edizzjoni oħra tal-mixegħla tal-Qaddisin.

Ritratt: Joe Grech

Dawn ix-xemgħat saru f’kull lokalità Għawdxija u ġew organizzati jew fuq iz-zuntieri jew fil-pjazez, f’ġieħ il-Qaddis/a Patruni tagħhom. Attività li ġiet organizzata mid-Direttorat tal-Wirt Kulturali fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex u bil-kollaborazzjoni tad-Djoċesi ta’ Għawdex.

Ritratt: Joe Grech

Attivitajiet bħal dawn jattiraw mhux biss ir-residenti tal-lokal iżda wkoll bosta Maltin u turisti li jinzertaw ikunu għal btala fostna fejn iżuru bosta irħula li jorganizzaw dwal tax-xemgħa fuq disinji differenti b’tema skont il-qaddis patrun/a tal-parroċċa, avveniment li jgħaqqad lill-gżira t’Għawdex bħala gżira waħda kemm fuq sfond kulturali kif ukoll reliġjuż.

Sport