Tuesday, December 24, 2024

Mixja f’Wied ix-Xaqqa seta’ kellha eżitu ħażin wara li jsib murtali mormijin illegalment

Aqra wkoll

Mixja f’Wied ix-Xaqqa, f’Għar Lapsi, seta’ kellha eżitu perikoluż għal żagħżugħ wara li mingħajr ħsieb spiċċa biex sab murtali mormijin illegalment, u li spiċċa anke qabad b’idu f’tentattiv li jnaddaf il-wied minn dak li sa dak il-ħin kien qed jaħseb li kien biss skart mormi minn nies irresponsabbli.

Kien proprju wara li wasal lura d-dar, u wara li staqsa lil ħbieb tiegħu dwar x’setgħu kienu l-oġġetti marbut bl-ispag u miksi bil-karti, li dawn tal-aħħar indunaw li l-iskart inkwisjtoni ma kien xejn għajr murtali tal-festa.

Wied ix-Xaqqa fil-limiti f’Għar Lapsi

Membri mill-Bomb Disposal Unit analizzaw il-pakketti miġburin minnu u kkonfermaw li dawn kienu murtali. Intant il-Pulizija tad-Distrett minnufih marru fuq il-post indikat, bil-membri mill-Explosive Ordnance Disposal (EOD) tal-AFM jiġbru diversi tipi ta’ murtali li nstabu fil-qiegħ tal-Wied li kienu tat-tip beraq tal-murtali, tappijiet tal-istilla u taħlit.

L-isplussiv misjub inġabar mill-membri tal-FAM, kif ukoll saret tfittxija fl-akwati fl-eventwalità li jista’ jkun hemm iżjed materjal sabiex jitneħħa kull periklu.

Ekonomija

Sport