Saturday, December 21, 2024

Mixli b’akkużi dwar traffikar u pussess tad-droga

Aqra wkoll

George Galea ta’ 50 sena residenti Raħal Ġdid inżamm arrestat wara li ġie mixli bil-pussess tal-kokaina u li ttraffika l-kannabis. Huwa kien mixli wkoll li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest.

Huwa tressaq quddiem il-Maġistrat Leonard Caruana fejn wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrieh.

Il-Prosekuzzjoni spjegat kif il-Pulizija rċeviet rapport dwar persuna suspettuża fiż-żona ta’ Testa Ferrata fil-Gżira. Jidher li fuq l-imputat instabet kwantità żgħira ta’ droga u xi oġġetti oħra relatati mad-droga.

Id-Difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest tal-imputat, liema talba iżda ġiet miċħuda mill-Qorti minħabba nuqqas ta’ affidabbiltà tiegħu u l-biża’ li jwettaq reat ieħor. Għalhekk huwa baqa’ jinżamm taħt arrest preventiv fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Neil Caruana. 

Ekonomija

Sport