Monday, November 11, 2024

Mixli b’atti sesswali bla kunsens fuq l-eks tfajla ta’ sieħbu

Aqra wkoll

Youri Kai Smith, Olandiż ta’ 31 sena li fil-Qorti qal li jgħix il-Gżira, tressaq il-Qorti akkużat li minbarra kellu fil-pussess tiegħu droga deskritta bħala qawwija, ġie akkużat ukoll li fit-18 ta’ Novembru li għadda fl-appartament tiegħu żamm lill-eks tfajla ta’ sieħbu kontra l-volontà tagħha.

Hu ġie akkużat ukoll mill-Ispettur Marshal Mallia u l-Avukat Avukat Darlene Grima mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali li darab ħafif lill-istess tfajla u li wettaq atti sesswali magħha mingħajr kunsens.

L-Ispettur Prosekutur qal li fis-19 ta’ Novembru li għadda tfajla marret tagħmel rapport fl-Għassa tas-Sliema. Hi qalet li ġurnata qabel bejn 1pm u 6pm sfat attakkata minn tliet irġiel fil-Gżira. Skont dak li ġie rraportat lill-pulizija, hija kienet fl-appartament tas-sieħeb tagħha fejn argument.

Irraportat ukoll li Smith kien messha b’mod indiċenti u kien daħħal idejh fil-parti privata tagħha. Hija kienet marret l-Isptar Mater Dei fejn ġie iċċertifikata li sofriet ġrieħi ħfief u ntbagħtet għal eżami mediku fid-Dipartiment tal-Ġinekoloġija.

L-Ispettur qal li l-Pulizija reġgħu kellmu lit-tfajla li imbgħad din qaltilha li tnejn kienu l-irġiel u mhux tlieta. Qalet li dawn setgħu kienu taħt l-influwenza tax-xorb u droga għax fl-appartament kien ikun hemm ħafna droga.
Minn tfittxija li saret l-appartament , instabu 1,740 pillola 2C-B, 300 gramma ketamin u 200 gramma kannabis fil-kamra tal-akkużat.

Smith fil-Qorti wieġeb mhux ħati tal-akkużi kontrih.
L-Avukati tal-akkużat Franco Debono u Joseph Borda talbu li jingħata l-ħelsien mill-arrest, iżda l-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Astrid May Grima ċaħdet it-talba minħabba l-gravità tal-akkużi kif ukoll li għad hemm diversi xhieda li għad iridu jixhdu. Il-Maġistrat qalet li hemm biża’ li l-akkużat jitlaq minn Malta.

L-avukat Jacob Magri deher għall-parte ċivile.

Sport