Ġorġjan ta’ 38 sena nżamm arrestat wara li tressaq fil-Qorti fejn ġie mixli b’diversi serqiet u attentati ta’ serq minn residenzi privati.
Lasha Mdzinarashvili ġie mixli bl-involviment tiegħu f’minn tal-inqas 10 każijiet ta’ serq. Sitta minnhom seħħew f’Tas-Sliema, Ta’ Xbiex u l-Imsida filwaqt li kien hemm erba’ attentati ta’ serq oħra minn Tas-Sliema, il-Gżira u Birkirkara.
L-imputat wieġeb mhux ħati tal-akkużi u baqa’ miżmum taħt arrest preventiv wara li ma saret l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest tiegħu.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Avukat Martina Muscat mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali flimkien mal-Ispettur Joseph Mercieca.
L-Avukat Thomas Barbara Sant deher għall-imputat.