Saturday, December 21, 2024

Mixli b’fastidju sesswali fuq tfajla ta’ 17-il sena

Aqra wkoll

Najah Agheez, Eġizzjan ta’ 32 sena residenti l-Ħamrun inżamm arrestat wara li ġie mixli b’fastidju sesswali fuq tfajla ta’ 17-il sena.

Fil-Qorti ħareġ li li l-imputat ilu jgħix hawn Malta diversi snin u sa issa għadu ma ngħatax l-istatus ta’ refuġjat. Dan filwaqt li m’għandu l-ebda rabtiet ma’ pajjiżna.

Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontra tiegħu u nżamm taħt arrest preventiv wara li kellu t-talba għall-ħelsien mill-arrest miċħuda mill-Qorti.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Stacy Gatt.

Ekonomija

Sport