Sunday, November 24, 2024

Mixli b’involviment f’serqa minn ristorant fil-Fgura

Aqra wkoll

Raġel ta’ 30 sena minn Ħaż-Żabbar inżamm taħt arrest preventiv wara li ġie mixli b’involviment f’serqa minn ristorant fil-Fgura.

Jehiel Falzon kien mixli b’serq aggravat, li kkawża ħsara fl-istabbiliment inkwistjoni u li sar reċediv.

L-akkużi huma relatati ma’ serqa li seħħet bejn it-12 u t-13 ta’ Ottubru, li fih insteruq mal-€2,400 mill-cash register.

Il-Pulizija arrestat lil Falzon wara li identifikatu minn filmati tas-CCTV.

Falzon, li għandu numru ta’ kundanni preċedenti fuq serq, li jmorru lura għall-2013, wieġeb mhux ħati tal-akkużi u saret talba għall-ħelsien mill-arrest tiegħu. 

Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Abigail Critien ċaħdet din it-talba minħabba li għad fadal diversi xhieda li għad iridu jixhdu. Kien għalhekk li nżamm arrestat fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Gabriel Kitcher megħjun mill-Avukat Dejan Darmanin mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali.  L-Avukat Joe Brincat deher għal Falzon. 

Sport