Mixli b’serq minn fuq żewġ anzjani

0
830

Libjan ta’ 33 sena nżamm arrestat wara li ġie mixli li, flimkien ma’ persuni oħra, wettaq żewġ serqiet minn fuq anzjani li għandhom ‘il fuq minn 64 sena.

Quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea, Essid Elssaeh Amer ġie mixli b’serq aggravat u bi vjolenza.

Esser wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontra tiegħu iżda nżamm arrestat wara li ma saret l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrest tiegħu.