Jonathan Degiorgio ta’ 35 sena, li nhar it-Tnejn li għadda tressaq il-Qorti fuq attentat ta’ serq minn laboratorju fl-Università ta’ Malta, reġa’ tressaq fil-Qorti mixli li fl-24 ta’ Lulju seraq ġojjellerija u flus kontanti minn residenza privata fis-Swieqi għad-dannu ta’ koppja.
Degiorgio kien mixli wkoll mill-Ispetturi Joseph Xerri u Shawn Pawney li seraq oġġetti għad-dannu ta’ persuna oħra u li naqas milli jħares il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest imposti fuqu mill-Qorti Kriminali b’digriet tat-18 ta’ Settembru 2018.
Huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u baqa’ jinżamm taħt arrest preventiv. L-Avukati Franco Debono u Amadeus Cachia dehru għall-imputat.
B’rabta mal-każ tas-serq ta’ ġojjellerija minn residenza fis-Swieqi, aktar kmieni din il-ġimgħ tressqu żewġt irġiel oħra fil-Qorti iżda baqgħu jinżammu taħt arrest preventiv wara li wieġbu mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom.