Sunday, November 10, 2024

Mixli b’żewġ serqiet minn appartamenti fil-Mosta

Aqra wkoll

Raġel ta’ 33 sena mill-Georgia baqa’ jinżamm arrestat wara li ġie mixli b’żewġ serqiet li seħħew fil-15 ta’ Awwissu minn appartamenti fil-Mosta.

Ir-raġel, li allegatament weġġa’ lilu nnifsu waqt li kien qiegħed jaħrab mill-Pulizija, wieġeb mhux ħati għal akkużi ta’ serq aggravat. Huwa ġie mixli wkoll li kellu fil-pussess tiegħu oġġetti misruqa.

Il-Prosekuzzjoni qalet li l-akkużat qabeż għoli ta’ sular biex jaħrab mill-Pulizija waqt li dawn kienu qed jipprovaw jarrestawh. Ir-raġel, li daħal fl-awla jzappap, ħareġ mill-isptar.

Sport