Friday, December 27, 2024

Mixli li abbuża minn tfajla minuri u vulnerabbli

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 24 sena baqa’ jinżamm arrestat wara li ġie mixli li kkorrompa tifla ta’ 15-il sena. 

Huwa ġie mixli li x-xahar li għadda, ftit ġimgħat qabel għalqet 16-il sena, ipparteċipa f’attivitajiet sesswali ma’ tfajla meqjusa vulnerabbli u li ssofri minn mard. Huwa kien akkużat ukoll li sar reċediv.

Fil-Qorti ħareġ li kienu l-ġenituri tat-tifla li rrapporta bl-allegat każ lill-pulizija. L-akkużat wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontra tiegħu u saret talba għall-ħelsien mill-arrest tiegħu.

Il-Qorti ċaħdet din it-talba minħabba biża’ ta’ intralċ ta’ provi, bl-imputat jibqa’ jinżamm taħt arrest preventiv.

Ekonomija

Sport