Raġel ta’ 53 sena residenti l-Għargħur tressaq il-Qorti fejn ġie akkużat li allegatament attakka raġel li kein għaddej bil-kelb tiegħu.
Il-Prosekuzzjoni qalet li dan il-każ dan għaddej madwar għaxar minuti sakemm rpersuna oħra li kienet għaddejja mit-triq intervjeniet u waqfet l-argument.
L-imputat ġie akkużat li kkaġuna feriti fuq il-vittma, li insulentah, hedddu u kiser il-paċi pubblika.
L-Ispettur Clayton Abela li mexxa l-Prosekuzzjoni qalet li dan il-każ seħħ fl-14 ta’ Novembru li għadda filgħaxija meta l-allegat vittma kien miexi bil-kelb tiegħu fi Triq San Ġwann, Għargħur. Spjega li l-imputat għix ftit metri ’l bogħod minn fejn seħħ il-akż u jirriżulta li ħareġ minn daru u kkonfronta lir-raġel.
L-affarijiet eskalaw malajr, u l-akkużat jidher li sar aggressiv, u beda jsawwat lill-vittma bid-daqqiet ta’ ponn u daqqiet ta’ sieq għal diversi minuti. L-attakk waqaf biss meta karozza li kienet għaddejja waqfet, u s-sewwieq niżel biex jgħin, fejn ġibed lill-vittma u lill-kelb ’il bogħod biex itemm il-ġlied.
L-imputat wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih.
Id-difiża għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest, iżda l-Prosekuzzjoni oġġezzjonat, bl-avukat difensur jgħid li l-vittma u l-akkużat ma jafux lil xulxin. Il-Prosekuzzjoni qalet xorta iżda hemm riskju ta’ tfixkil tal-provi, u li l-vittma tinsab imbikkma u mbeżża’ li terġa’ tiltaqa’ mal-akkużat, li jgħix inqas minn ħames minuti bogħod mid-dar tagħha.
Il-Qorti, wara li semgħet ix-xhieda u l-argumenti, ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest.
Il-prosekuzzjoni kienet rappreżentata mill-Avukat Miguel Taliana, mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali assistit mill-Ispettur Abela.

