Wednesday, October 15, 2025

Mixli li bagħat friend request u email vojta lill-eks sieħba bi ksur ta’ ordni tal-Qorti

Aqra wkoll

Franklin Xerri ta’ 35 sena residenti Ħal Qormi ngħata l-ħelsien mill-arrest b’diversi kundizzjonijiet, u fuq depożitu ta’ €2,000 u garanzija ta’ €5,000 wara li tressaq il-Qorti mixli li kiser ordni ta’ protezzjoni tal-Qorti.

Quddiem il-Maġistrat Nadine Sant Lia, il-Prosekuzzjoni qalet li Xerri tressaq il-Qorti hekk kif bagħat friend request lill-eks sieħba tiegħu fuq Facebook u talli bagħtilha email mingħajr ebda kontenut.

L-eks sieħba tiegħu marret tagħmel rapport fit-Taqsima tal-Pulizija kontra l-Vjolenza Domestika l-Ħadd li għadda filwaqt li Xerri ġie arrestat nhar it-Tnejn.

L-akkużat wieġeb mhux ħati għall-akkużi.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Antonello Magri. Għall-akkużat deher l-Avukat Nicholas Mifsud. L-Avukat Jason Azzopardi deher f’isem l-allegata vittma.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport