Thursday, December 26, 2024

Mixli li ħebb għal erba’ uffiċjali tal-pulizija

Aqra wkoll

Raġel ta’ 28 sena baqa’ jinżamm arrestat wara li ġie akkużat li nhar is-Sibt li għadda, hedded, irreżista l-arrest, ma obdiex l-ordnijiet, attakka erba’ uffiċjali tal-Pulizija u weġġa’ ħafif tnejn minnhom.

Huwa ġie akkużat ukoll bi vjolenza domestika, serq ta’ flus, ksur tal-kundizzjonijiet u li renda lilu nnifsu reċediv.

Ir-raġel qiegħed iwieġeb mhux ħati għall-akkużi fil-konfront tiegħu.

Ekonomija

Sport