Eġizzjan ta’ 65 sena ngħata l-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €400 u garanzija personali ta’ €5,100 hekk kif ġie akkużat li nhar it-Tnejn li għadda ta’ daqqa ta’ sikkina lil ibnu li għandu 27 sena f’argument li kellhom ma’ xulxin f’darhom stess f’Ħal Tarxien.
Hekk kif beda jinstema l-każ quddiem il-Maġistrat Victor G. Axiak irriżulta li wara l-arġument iben l-Eġizzjan ittieħed fiċ-Ċentru tas-Saħħa, iżda minħabba l-ġrieħi li kellu, ittieħed l-Isptar Mater Dei fejn ġie operat. L-Ispettur Omar Zammit li qed imexxi l-Prosekuzzjoni qal li s-sikkina li ntużat waqt l-argument ingħata lill-pulizija mill-akkużat stess.
Filwaqt li wieġeb mhux ħati tal-akkużi kontrih, il-Maġistrat Axiak tah il-ħelsien mill-arrest b’diveri kundizzjonijiet fosthom li jiffirma l-Għassa ta’ Raħal Ġdid.