Sunday, December 22, 2024

Mixli li ħebb għal missieru u li weġġa’ lil ħuh waqt argument dwar il-flus

Aqra wkoll

Raġel ta’ 36 sena residenti l-Fgura tessaq il-Qorti, fejn kien mixli li ħebb għal misiseru u ħuħ wara argument fir-residenza tal-familja dwar xi flus.

Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxiija mill-Ispettur Colin Sheldon spjegat li l-misser kien qal lill-Pulizija, li ibnu, jiġiferi l-akkużat, kien ilu jixrob għal siegħat twal u li talbu l-flus biex jixtri is-sigaretti. Qal ukoll, li l-akkużat, Carl Pantalleresco mar jixtri aktar xorb minflok is-sigaretti u dan wassal għal argument bejn l-akkuzat, ħuh u missieru.

L-Ispettur spjega kif l-akkużat beda jkisser l-għamara tad-dar. Kien għalhekk li l-akkużat innifsu ttieħed fiċ-ċentru tas-saħħa tal-Floriana permezz tal-assistenza tal-Pulizja.

F’dan l-istadju, id-difiża ddikjarat li mhux qed titlob għall-ħelsien mill-arrest iżda talbet sabiex l-imputat jinżamm ġewwa is-sezzjoni tal-ħabs fl-Isptar Monte Carmeli. Dan minħabba l-kundizzjoni medika li hu jbati minnha.

Il-Prosekuzzjoni ma oġġezzjonatx għal din it-talba. Il-Qorti laggħet it-talba għat-trasferiment u żamma tal-imputat ġewwa l-Isptar Monte Carmeli sakemm jibqa’ taħt arrest preventiv.

Ekonomija

Sport