Wednesday, June 11, 2025

Mixli li hedded lill-eks sieħba li tispiċċa f’siġġu tar-roti

Aqra wkoll

Ian Zammit ta’ 36 sena residenti ż-Żejtun baqa’ jinżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti fejn ġie mixli li nhar is-Sibt li għadda weġġa’ ħafif lill-eks sieħba tiegħu.

Il-Prosekuzzjoni qalet quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea li l-allegat vittma għamlet rapport fil-konfront ta’ Zammit fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija. Hi qalet li l-imputat allegatament heddidha diversi drabi fosthom darba b’sikkina m’għonqha.

Fir-rapport l-vittma qalet li Zammit allegatament heddidha li jaħarqulha l-karozza u li bid-daqqiet li kien se jagħtiha kienet se tispiċċa f’siġġu tar-roti.

Skont il-vittma l-Ħadd imbagħad l-imputat bagħtilha filmat intimu tagħhom.

Il-Prosekuzzjoni akkużat lil Zammit li kiser diversi kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest li kien ingħata u li sar riċediv.

Hu wieġeb mhux ħati tal-akkużi.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet mill-Ispettur Christian Cauchi.

L-Avukati Franco Debono u Marion Camilleri dehru għall-akkużat.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport