Raġel ta’ 35 sena li ismu ma’ jistax jixxandar fuq ordni tal-Qorti ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li tressaq il-Qorti mixli li hedded u insulenta s-sieħba tiegħu.
Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni l-Ispettur Sherona Buhagiar spjegat li minn risk assessment illi sar irriżulta li l-vitttma kienet f’riskju għoli. Ingħad li intbagħat mandat t’arrest.
L-imputat wieġeb mhux ħati tal-akkużi kollha miġjuba kontrih. Id-Difiża għamlet talba għall-ħelsien mill-arrest, liema talba ma’ ġietx oġġezzjonata mill-Prosekuzzjoni.
Fil-Qorti, ġie spjegat li l-vittma issa marret tgħix ma’ ommha u li mhux se tkun qiiegħda tgħix mal-imputat iktar.
Il-Prosekuzzjoni saħqet fuq l-importanza li ma jkunx hemm kuntatt bejn l-allegat aggressur u l-allegata vittma.
Il-Qorti laqgħet it-talba għall-ħelsien mill-arrest fuq diversi kundizzjonijiet, fosthom garanzija personali €15,000 u depożitu ta’ €3,000.