Friday, March 13, 2026

Mixli li kellu karozza misruqa li tiswa €1 miljun

Aqra wkoll

Michael Spiteri ta’ 77 sena residenti x-Xewkija Għawdex ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li ġie mixli b’akkużi relatati ma’ vettura allegatament misruqa u li tiswa aktar minn miljun ewro.

Huwa tressaq quddiem il-Maġistrat Elaine Rizzo fejn wieġeb mhux ħati għall-akkużi li kien fil-pussess jew xtara vettura li kienet misruqa jew li nkisbet permezz ta’ reat.

Il-Prosekuzzjoni spjegat li l-vettura hi Mercedes 300SL u li għandha valur li jaqbeż il-miljun ewro. 

Id-Difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest tal-imputat, bil-Prosekuzzjoni ma toġġezzjonax.

Il-Qorti laqgħet it-talba u tat lil Spiteri l-benefiċċju tal-libertà proviżorja fuq depożitu ta’ €1,500 u garanzija personali ta’ €3,000.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Shawn Pawney filwaqt li l-imputat kien assistit mill-Avukati Franco Debono u Marion Camilleri.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport