Żagħżugħ ta’ 25 sena minn San Ġiljan tressaq fil-Qorti fejn ġie mixli li kiser il-kundizzjonijiet tal-ħelsien mill-arrest.
Il-prosekuzzjoni spjegat li l-imputat għandu problema akuta ta’ droga u li fid-29 ta’ Diċembru ma rrappurtax l-għassa ta’ San Ġiljan waqt li l-għada allegatament hedded uffiċjal tal-pulizija. Hu wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba fil-konfront tiegħu.
Il-Maġistrat Leonard Caruana ċaħad it-talba għall-ħelsien mill-arrest minħabba li qal li l-Qorti m’għandiex serħan il-moħħ li l-akkużat se jsegwi l-ordnijiet, billi diġà nstab ħati ta’ ksur ta’ kundizzjonijiet ta’ ħelsien mill-arrest darbtejn is-sena l-oħra.
Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Omar Zammit.
Għall-imputat dehret l-Avukat tal-Għajnuna Legali Sarah Ciliberti.


