Saturday, December 21, 2024

Mixli li kixef il-parti tiegħu quddiem żewġt ibniet

Aqra wkoll

Fuad Karam, ta’ 22 sena mis-Sudan iżda residenti Ħal Far inżamm arrestat wara li tressaq il-Qorti fejn ġie mixli b’korruzzjoni ta’ minorenni u li offenda l-morali f’post pubbliku wara li kixef il-parti privata tiegħu quddiem żewġt ibniet li għandhom 13 u 15-il sena rispettivament. 

Il-każ seħħ l-Erbgħa, għall-ħabta tat-3.00 p.m. fi Triq il-Kbira San Ġużepp, il-Ħamrun. Il-Pulizija kienet infurmata mill-bniet stess, li ftit wara li seħħ il-każ marru jirrapportaw l-Għassa tal-Ħamrun.

Mill-investigazzjonijiet li saru mill-Pulizija rriżulta li r-raġel kien espona lilu nnifsu quddiem il-Knisja ta’ San Gejtanu, bil-Pulizija jirnexxielha wkoll tikseb filmati tas-CCTV li kien hemm fl-inħawi biex waslet għar-raġel. 

Ftit wara, Fuad Karam kien identifikat u ġie arrestat. Fil-Qorti huwa wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih iżda baqa’ jinżamm arrestat. 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Matthew Galea. L-Avukat tal-Għajnuna Legali Noel Bartolo assista lil Karam. 

Ekonomija

Sport