Saturday, December 21, 2024

Mixli li kkorrompa tifla ta’ 14-il sena

Aqra wkoll

Raġel ta’ 33 sena ġie mixli li bejn Diċembru tal-2020 u Marzu li għadda kkorrompa tifla ta’ 14-il sena.

L-Ispettur John Spiteri li flimkien mal-Ispettur Paul Camilleri ressaq lill-imputat qal li fid-9 ta’ Ġunju li għadda sar rapport mill-vittma dwar dak li għaddiet minnu f’dan it-tul ta’ żmien.

Spiteri qal li t-tifla fetħet qalbha ma’ missierha fuq dak li għaddieha l-imputat li jgħix fl-istess residenza tagħha.

L-imputat, li qal li jaħdem fil-catering, wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih.

L-Ispettur Spiteri informa lill-Qorti li saret komunikazzjoni bejn il-partner tal-akkużat u l-allegata vittma, liema komunikazzjoni ma kienet xejn pjaċevoli.
Talab ukoll li ma ssir l-ebda komunikazzjoni minnu mal-vittma, anke jekk hu mhux qed jattribwixxi dak li għamlet il-partner tiegħu mat-tifla. Il-Qorti wissiet lill-imputat li jekk jikser din l-ordni hemm multa ta’ 7,000 ewro.

Ir-raġel ġie mixli li wettaq atti ta’ natura sesswali mingħajr kunsens, li fl-istess żmien u post b’għemil żieni kkorrompa persuna taħt is-16-il sena. Ġie mixli wkoll li offenda l-pudur jew il-morali, li ta fastidju lit-tfajla b’mod degradanti u li sar reċediv.

Fil-Qorti ma saret l-ebda talba għall-ħelsien mill-arrestt u għaldaqstant l-imputat inżamm taħt arrest preventiv fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.

Ekonomija

Sport