Sunday, November 17, 2024

Mixli li mess b’mod indiċenti tfajla ta’ 16-il sena 

Aqra wkoll

Shahid Munir ta’ 27 sena mill-Pakistan ingħata l-ħelsien mill-arrest wara li ġie mixli li mess tfajla b’mod inċidenti f’lukanda fejn kien jaħdem.

L-allegat każ seħħ nhar is-16 ta’ Awwissu li għadda, għalll-ħabta tal-11.00 a.m. f’lukanda f’San Pawl il-Baħar. 

Fil-Qorti ġie spjegat kif il-Pulizija fl-Għassa tal-Qawra rċeviet rapport mingħand l-allegata vittma, tfajla Franċiża ta’ 16-il sena.

Il-Pulizija kienu qalulha biex malli terġa’ tara lill-imputat, tinformahom immedjatament. Aktar tard, hija ratu u infurmat lill-Pulizija, li arrestawh minnufih. 

L-allegata vittma, li kienet Malta għal btala, xehdet wara bibien magħluqa u permezz ta’ video-conferencing. Hija kienet qed tixhed minħabba li se ssiefer fi ftit tal-jiem oħra.

Wara li xehdet it-tfajla, saret talba għall-ħelsien mill-arrest tal-imputat li ġiet milqugħa mill-Qorti fuq depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €2,000. Huwa kien ordnat jiffirma l-Għassa tal-Qawra kuljum. Dan filwaqt li nħarġet ordni ta’ protezzjoni favur il-vittma. 

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Matthew Galea. 

Ekonomija

Sport