Quddiem l-Imħallef Consuelo Scerri Herrera, Stephen Caruana beda jgħaddej ġuri fejn jinsab mixli li qatel li Neville Baldacchino ta’ 28 sena, liema delitt seħħ fis-19 ta’ Diċembru tal-2008.
L-omiċidnu kien seħħ fir-residenza ta’ Caruana stess fi Triq id-Drama, Ħal Qormi.
Hu qed ikun mixli li spara erba’ tiri, li tlieta minnhom laqtu lill-vittma, wieħed minnhom f’rasu.
Bi qbil bejn il-Prosekuzzjoni u d-difiża, partijiety mix-xhieda se jkunu qegħdin instemgħu fil-magħluq.
Il-Prosekuzzjoni qiegħda tgħid li l-imputat u martu kienu żżewġu fl-10 ta’ Mejju tal-2000 u kellhom erbat itfal.
Il-ħajja miżżewġa tagħhom kienet waħda normali sa meta ħadet żvolta għall-agħar meta l-imħabba bejniethom għaddiet minn mument diffiċli li wassal biex il-mara bdiet relazzjoni ma’ Neville Baldacchino.
Jirriżulta li din ir-relazzjoni bdiet bil-moħbi tal-akkużat u anke saret waħda sesswali tant li kienu jiltaqgħu u jkunu intimi ma’ xulxin. Stephen kien beda jisuspetta li kien hemm xi ħaġa mhux normali fiż-żwieġ.
Skont dak li kien ippreżentat fil-Qorti waqt il-kumpilazzjoni, Caruana kien daħal id-dar u sab lil martu fuq titkellem mal-vittma. Kien hawn li ħadilha l-mobile biex jiċċekkja x’kien qed isir. Neville Baldacchino kien diġà familjari mal-post, peress li kien mar id-dar ta’ Caruana diversi drabi qabel biex jiltaqa’ ma’ mart l-akkużat.
Fit-18 ta’ Diċembru tal-2008, mart l-imputat u l-vittma kienu ftehmu li filgħaxija, meta Stephen u t-tfal ikunu raqdu kellu jmur id-dar kif fil-fatt seħħ. Wara li Baldacchino daħal fil-kamra tas-sodda fuq is-sular ta’ fuq, kellhom skambju sesswali u amoruż, waqt li Stephen Caruana flimkien mat-tfal kien suppost rieqed isfel.
Ġara li għall-ħabta tas-1.00am, tad-19 ta’ Diċembru l-mara kienet niżlet isfel biex tisqi lit-tifla u anke ċċekjat li żewġha kien għadu rieqed biex b’hekk il-vittma jkun jista’ joħroġ mir-residenza.
Fil-ħin u l-mument li Stephen, sema’ passi u tela’ fuq it-terrazzin fejn sab lil Neville Baldacchino. F’dan il-mument, Stephen kellu għażla bejn li joqtol lil Neville jew iħallih jgħix.
Huwa għażel li jiġbed il-grillu tas-senter tiegħu u spara erbgħa darbiet, minn liema tliet tiri laqtu lil vittma u kkaġunawlu l-mewt. Stephen ried jiżgura li Neville miet, u għalhekk tgħid il-Prosekuzzjoni li l-azzjoni tiegħu kienet intenzjonata u premeditata. Wara li sar dak li ried, niżel isfel u spjega x’kien ġara lill-martu.
Jekk jinstab ħati, Caruana jista’ jiġi kkundannat għomru l-ħabs.

