Sunday, June 15, 2025

Mixli li refa’ jdejh fuq l-eks sieħba wara xahar joħorġu flimkien

Aqra wkoll

Żagħżugħ ta’ 29 sena residenti l-Gżira baqa’ jinżamm arrestat wara li fil-Qorti ġie mixli b’akkużi ta’ vjolenza domestika.

Quddiem il-Maġistrat Yana Micallef Stafrace huwa kien mixli li ħebb għall-eks sieħba tiegħu u li heddidha.

Il-Prosekuzzjoni qalet li l-imputat beda relazzjoni mal-allegat vittma f’Marzu li għadda, u kien xahar wara li t-tfajla kienet għamlet rapport lill-Pulizija.

Huwa wieġeb mhux ħati madankollu l-Maġistrat Micallef Stafrace ċaħditlu t-talba għall-ħelsien mill-arrest.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport