Friday, December 27, 2024

Mixli li seraq €4,749 mill-Kunsill tal-Gżira

… qal lill-iskrivan li kien mar biex “inaddaf”

Aqra wkoll

Raġel mixli li seraq ‘il fuq minn €4,000 mill-Kunsill Lokali tal-Gżira kien qal lill-iskrivan li kien waqqfu qabel daħal ġewwa li huwa kien mar “biex inaddaf il-post”.

Ritmar Hatherly ta’ 36 sena mill-Belt Valletta wieġeb mhux ħati għall-akkużi ta’ serq mill-Kunsill Lokali tal-Gżira u li seraq żewġ tallinja cards minn lukanda f’Tas-Sliema nhar id-29 t’Awwissu.

L-Ispettur Shamus Woods, li mexxa l-Prosekuzzjoni, spjega li l-pulizija wasslu għas-suspettat minn filmati tas-CCTV. L-iskrivan kien irrapporta mal-pulziija li €4,749 fi flus kontanti u €1,000 f’ċekkijiet kienu ġew misruqa. 

L-iskrivan qal li kien waqqaf lill-imputat biex jara x’ried iżda dan qallu li kien ġie biex inaddaf. Hatherly inżamm taħt arrest wara li l-Maġistrat Nadine Lia nnotat li huwa għandu problema tad-droga u rrakkomandat li jingħata l-għajnuna fil-perjodu li jkun miżmum taħt arrest preventiv.

L-Avukat Luke Valletta deher għall-imputat. 

Ekonomija

Sport