Saturday, December 20, 2025

Mixli li stupra kollega f’gym 

Aqra wkoll

Raġel li jaħdem bħala kok inżamm arrestat wara li tressaq fil-Qorti fejn kien mixli li stupra kollega tiegħu fil-gym. 

Huwa wieġeb mhux ħati għall-akkużi miġjuba kontrih fosthom li stupra u ta fastidju lill-allegata vittma.

L-allegat każ seħħ f’gym f’Tax-Xbiex nhar it-Tlieta li għadda.

Fil-Qorti nstema’ kif wara li sar rapport, inbdiet investigazzjoni u l-Pulizja kienet arrestat lill-imputat fil-Marsa.

Id-Difiża talbet għall-ħelsien mill-arrest, bil-Prosekuzzjoni toġġezzjona minħabba diversi raġunijiet fosthom li l-imputat kien iħaddem lill-allegata vittma u l-biża’ ta’ intralċ ta’ provi.

Min-naħa tagħha, id-Difiża argumentat li l-verżjonijiet dwar każi ta’ stupru u kif ikunu seħħew l-akkużi huma dejjem kkontestati.

Wara li semgħet is-sottomissjonijiet taż-żewġ naħat, il-Maġistrat Gabriella Vella ordnat sabiex l-imputat jinżamm arrestat. Hija laqgħet  it-talba għad-divjett fuq il-publikazzjoni ta’ isem l-imputat u isem l-allegata vittma u laqgħet ukoll it-talba għall-ħruġ ta’ ordni ta’ protezzjoni.

Il-Qorti wissietu li jekk jikser l-ordni ta’ protezzjoni, jista’ jeħel jew ħabs jew multa ta’ tlett elef ewro, jew it-tnejn.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport